Huwa l-pjacir tieghi li nilqakom hawn ghas-sitt edizjjoni ta’ Green Council Awards, u nirringrazzjakom talli ghogobkom tkunu prezenti.

Grazzi mill qalb u awguri lill Ministru Dr Jose herrera li mieghu il-GRTU diga hadmet id f’id f’diversi setturi u issa mieghu lesti nahdmu id’f’id f’settur iehor li huwa ta’ importanza nazzjonali, l-ambjent u l-immanigjar tal-iskart.

Kif hafna minnkom jafhu, Green mt hija ssusidjarja tal-Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji, il-GRTU li ijja hafna ghal qalbi. Illum, li ghaddew sitt snin u nofs ta operat u sentejn ohra ta preparamenti biex qed isehh dan l-operat illum, sew li naghtu titwila minn fejn bdejna u fejn qedghin.

 

Nghid flimkien, ghax dan l-operat fih katina, il-produttur li jpoggi l-iskart tal–ippakeggjar fis-suq, li hu l-istess produttur li jiffinanzja l-Iskema biex din tilhaq il-miri taghha ghan nom tal-istess produtturi, il-Kunsilli Lokali li sal-llumm kienu pedina importanti biex isir u jkompli jizdied il-gbir, L-Awtorita Kompetenti, il-MEPA u illum L-ERA, li tohrog il-permessi mehtiega, il-Wasteserv, facilitajiet privati, il-Ministeru tal Izvilupp Sosstenibbli , Ambjent u Klima u dak responsabbli mill Kunsilli Lokali li tahtu jaqa id-Dipartiment tal-Gvern Lokali, u l-ahhar u mhux l-inqas il-kuntratturi kollha li jahdmu f’dan is-settur.

Is-snin li ghaddew urewna li minkejja li sew il-GRTU u il-Greenmt hadmu bis-shih biex skart separat jingabar izjed biex b’hekk inkunu qedghin nikkontribbwixxu moralment lejn pajjiz ahjar, l-ostakoli ma naqshux. Ghall dawn l-Ostakoli, li sew nghid ma kienux ftit, kellna risposta wahda, ‘Halluna nahdmu’ u hekk ghamilna ghax nemmnu li fl-ahhar mill-ahhar il-fatti ma jmerihom hadd.

Ghal minn nesa, l-ewwel gbir ta’ borza griza fil-pajjiz beda F’Mejju 2008 (elfejn u tnienja) meta wara ftehim milhuq bejn il-GRTU ghan nom tal-kolletturi tal- iskart, Il-Ministeru tal-Finanzi, u l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, saret l-ewwel gabra ta skart ricikklabbli minn sitta u tletin (36) Kunsill Lokali Malti li bejniethom gabru seba u ghoxrin (27) tunnelata.

Illum grazzi ghad determinazzjoni li biha komplejna nahdmu flimkien qed jingabru madwar mitejn u sebghajn (270) tunnellata ta’ skart ricikllabbli fil-gimgha minn tmienja u sittin (68) Kunsill Lokali.

Bdejna p-pass zghir li llum kiber hafna grazzi ghal kull minn gibed il-habel.

Bhala Vici President tal-GRTU u wiehed mid-Diretturi ta’ Green mt, jien dejjem nemmen li nhares lejn il-futur, futur posittiv, futur sostennibli, futur li jaghmel gieh lill komunita tan-negozju Maltija li kull jum li jghaddi tohrog ghonqa biex tara li l-ambjent li nghixu fih dejjem jitjieb.

Ghad fadal hafna xi jsir biex naslu fejn irridu u fejn hemm bzonn li naslu.

Is-sena li ghaddiet bdejna nimplimentaw id-Direttiva tal-WEEE, li tikkoncerna skart ta’ affarijiet elettrici u elettronici. Bdejna bl-iskossi u ghad fadal xi jsehh biex noholqu sistema bl-inqas toqob possibli. Jezisti WEEE Stakeholders Group li hemm bzonn li jiltaqa ta’ spiss biex din it-tarbija li wellidna issa ma nhalluwiex bil-ghatx jew izjed minn hekk ma noqtluhiex fl-ewwel sena.

Il-quddiem u fil gejjieni qarib ghad fadal hafna Direttivi Ambjentali Ewropej li ghad iridu nimplimentaw.

Biex naghmilha cara, Direttiva implementata hi differenti mill jkollok Avviz Legali biss fuq il-karta. Fost dawn id-Direttivi irridu nimplimentaw tal-Batteriji u Akkumulaturi, Skart taz-Zjut, Tyres, Vetturi, Skart tal-Bini u kostruzzjoni, u dawn barra ohrajn li qedghin fil-pipeline bhal Hwejjeg, Zraben, ceramika, u dan bil-ghan biex dejjem tikber l-extended Polluter Pays Principle.

Il-GRTU hi stakeholder magguri ghan nom tal-komunita tan-Negozju u ghalhekk hemm il-bzonn li tkun involuta f’kull decizjoni li ttiehed fejn jidhol immanigjar tal-Iskart. Ovvjament kollox jiddependi mir-rieda tal-Gvern u b’operat izjed efficjenti mill ERA li minkejja li ghada kemm rat it-twelid taghha , nemmen li kapaci taghti rizultati izjed tangibbli .

L-ERA trid tahdem bis-shieh biex tbiddel il-mentalita; Hafna jahsbu li kollox isir wahdu jew inkella li se naslu x ‘imkien jekk nahdmu bl-istess mod li hadmet il-MEPA fil-passat. L-ERA ghandha ir-responsabilita li tilhaq l-oggettivi li giet imwaqqfha ghalihom. Kull ostokalu li issib fin nofs ghanda tara li jitnehha biex b’hekk l-ambjent vera jkun ha nifs gdid.

It twelid tal-ERA ghandhu jwelled mentalita ta’ operat gdid, operat miftuh li verament jixraq lill-ambjent. Jekk hadna nies mill MEPA, wahhalnilhom ‘sticker’ ERA, u waqafna hemm allura il-hsieb wara l-ERA se jsir suf fi ftit xhur.

L-ghajta fit toroq taghna illum tesprimi thassib serju dwar il-mod li bih qed jigi trattat l-ambjent Malti u ghalhekk dan in-nuqqas irird jigi indirizzat bil-fatti u mhux bil-paroli.

Nindirizza issa lis-Sindki u segretarji ezekuttivi prezenti illum ghal din l-okkazjoni fejn fiha minn sena ghal sena naghtu Awards lill dawk il-Kunsilli li jkunu taw hafna sehem. Nifhem li mhux facli tfiehem lir-residenti il-bzonn ma jispicca qatt biex nirriciklaw biex b’hekk tonqos id- domanda dinjija fejn jidhol materja prima.

Warajja il-Kap Ezekuttiv , Joe Attard ser jelenka f’izjed dettal fejn imxejna is-sena li ghaddiet u x inizjattivi ittiehdu biex dejjem intejbu ir-rizultati. Ser jispjega ukoll fejn irridu naslu fl-elfejn u sittax u snin li gejjin .

Meta fl-elfejn u sebgha il-GRTU waqghfet Green Mt kienet l-unika mill-korpi kostitwiti li harget ghonqa ghal gid ta’ pajjizna biex tigi implimentata din id-direttiva tal-iskart tal –ippkeggjar. Hadna sighat, granet u xhur biex nispjegaw lill komunita tan negozju li din ir-responsabilita hija moralment u legalment obligatorja. Bil-mod il-mod giet accettata mill-maggoranza. Illum huma il-ftit li ma jottemprawx ruhom u dawn qed jissograw multi u pieni ohra. Dan il-fatt wahdu jaghmilna kburin li snin ilhu il-GRTU hadet il-pass li hadet u llum wasalna fejn qedghin.

Ministru, it-triq ambjentali qatt ma hi wahda facli. Ovvjament, waqt dan il-vjagg tidra li minn ma jaghmel xejn jew minn qatt ma ghamel xejn ma setghax jizbalja, ahna hdimna, ahna hrigna ghonqna, perfetti ma konniex u hadt ma kien.

Ejjew b’umilta nitghallmu mill-passat u nigbu habel wiehed biex il-futur ikun wiehed posittiv.

Grazzi lillkom kollha tal-ghajnuna, minn negozjanti sa Kunsilli Lokali, kuntratturi u hafna operaturi ta’ servizzi ohra li minghajrkom ma kienx ikun possibli naslu sa fejn wasalna illum.

Designed & Developed by General Informatix Ltd
All Rights Reserved - Content may not be reproduced without prior consent.